201806290581986302018/C 249/318032016TC24920180716MT01MTINFO_JUDICIAL20180606252622

Kawża T-803/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2018 – Glaxo Group vs EUIPO – Celon Pharma (SALMEX) [“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva SALMEX — Trade mark nazzjonali tridimensjonali preċedenti — Kompetenza tal-Bord tal-Appell sabiex jeżamina ex officio l-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti — Artikolu 64(1) u Artikolu 76(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li saru l-Artikolu 71(1) u l-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”]


C2492018MT2520120180606MT0031252262

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2018 – Glaxo Group vs EUIPO – Celon Pharma (SALMEX)

(Kawża T-803/16) ( 1 )

“[“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva SALMEX — Trade mark nazzjonali tridimensjonali preċedenti — Kompetenza tal-Bord tal-Appell sabiex jeżamina ex officio l-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti — Artikolu 64(1) u Artikolu 76(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li saru l-Artikolu 71(1) u l-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”]”

2018/C 249/31Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Glaxo Group Ltd (Brentford, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Baran, T. St Quintin, S. Wickenden, barristers, E. Morris u R. Jacob, solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Celon Pharma S.A. (Łomianki, il-Polonja) (rappreżentant: M. Krasiński, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-31 ta’ Awwissu 2016 (Każ R 2108/2015-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Glaxo Group u Celon Pharma.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-31 ta’ Awwissu 2016 (Każ R 2108/2015-4) hija annullata.

2)

L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk imġarrba minn Glaxo Group Ltd matul il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

3)

Celon Pharma S.A. għandha tbati l-ispejjeż tagħha relatati mal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.


( 1 ) ĠU C 22, 23.1.2017.