17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/45


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2018 – Crédit agricole vs BĊE

(Kawża T-758/16) (1)

([“Politika ekonomika u monetarja - Sorveljanza prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu - Artikolu 4(1)(d), u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 - Kalkolu tal-proporzjon tal-effett ta’ lieva - Rifjut tal-BĊE li jawtorizza lill-parti rikorrenti teskludi mill-kalkolu tal-proporzjon tal-effett ta’ lieva l-iskoperturi li jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet - Artikolu 429(14) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 - Setgħa diskrezzjonali tal-BĊE - Żbalji ta’ liġi - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”])

(2018/C 328/60)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Crédit agricole SA (Montrouge, Franza) (rappreżentanti: A. Champsaur u A. Delors, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: K. Lackhoff, R. Bax, G. Bassani u C. Olivier, aġenti, assistiti minn H.-G. Kamann u F. Louis, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: S. Hartikainen, aġent)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ECB/SSM/2016-969500TJ5KRTCJQWXH05/165 tal-BĊE tal-24 ta’ Awwissu 2016, meħuda b’applikazzjoni tal-Artikolu 4(1)(d) u tal-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU 2013, L 287, p. 63), u tal-Artikolu 429(14) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU 2013, L 176, p. 1, rettifiki ĠU 2013, L 208, p. 68, u ĠU 2013, L 321, p. 6).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni ECB/SSM/2016-969500TJ5KRTCJQWXH05/165 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) tal-24 ta’ Awwissu 2016 hija annullata.

2)

Il-BĊE huwa kkundannat għall-ispejjeż.

3)

Ir-Repubblika tal-Finlandja għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 6, 9.1.2017.