29.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/44


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Marzu 2019 — Espírito Santo Financial Group vs BĊE

(Kawża T-730/16) (1)

(“Aċċess għal dokumenti - Deċiżjoni 2004/258/KE - Dokumenti relattivi għad-deċiżjoni tal-BĊE tal-1 ta’ Awwissu 2014 li tikkonċerna lil Banco Espírito Santo, SA - Rifjut parzjali ta’ aċċess - Eċċezzjoni relatata mal-kunfidenzjalità tad-deliberazzjonijiet tal-korpi ta’ deċiżjoni tal-BĊE - Eċċezzjoni relatata mal-politika finanzjarja jew ekonomika tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru - Eċċezzjoni relatata mal-istabbilità tas-sistema finanzjarja fl-Unjoni jew fi Stat Membru ieħor - Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali - Eċċezzjoni relatata ma’ dokumenti intiżi għall-użu intern - Obbligu ta’ motivazzjoni”)

(2019/C 148/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Espírito Santo Financial Group SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: R. Oliveira, S. Estima Martins u D. Duarte de Campos, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: F. von Lindeiner u S. Lambrinoc, aġenti, assistiti minn H.-G. Kamann, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-BĊE tal-31 ta’ Awwissu 2016 li tirrifjuta parzjalment l-aċċess għal ċerti dokumenti relatati mad-deċiżjoni tagħha tal-1 ta’ Awwissu 2014 li tikkonċerna lil Banco Espírito Santo SA.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) tal-31 ta’ Awwissu 2016 li tirrifjuta parzjalment l-aċċess għal ċerti dokumenti relatati mad-deċiżjoni tagħha tal-1 ta’ Awwissu 2014 li tikkonċerna lil Banco Espírito Santo SA hija annullata sa fejn din tirrifjuta l-aċċess għall-ammont tal-kreditu li jinsab fl-estratti tal-minuti tad-deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE tat-28 ta’ Lulju 2014 kif ukoll għall-informazzjoni moħbija fil-proposti tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE tat-28 ta’ Lulju u tal-1 ta’ Awwissu 2014.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Espírito Santo Financial Group SA u l-BĊE għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 462, 12.12.2016.