5.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 42/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2017 – Laboratorios Ern vs EUIPO – Ascendo Medienagentur (SLIMDYNAMICS)

(Kawża T-700/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea SLIMDYNAMICS - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti DYNAMIN - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tal-prodotti - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 2017/20091(li sar Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))

(2018/C 042/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Laboratorios Ern, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: S. Correa Rodríguez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ascendo Medienagentur AG (Gamprin-Bendern, il-Liechtenstein)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Lulju 2016 (Każijiet magħquda R 1814/2015-4 u R 1780/2015-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Laboratorios Ern u Ascendo Medienagentur.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Laboratorios Ern, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 462, 12.12.2016.