|
14.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 73/33 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2021 – HG vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-693/16 P RENV-RX) (1)
(“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Assenjazzjoni f’pajjiż terz - Akkomodazzjoni ta’ daqs adatt għal familja mqiegħda għad-dispożizzjoni mill-amministrazzjoni - Nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu li wieħed jirrisjedi fiha mal-familja - Proċeduri dixxiplinari - Sanzjoni dixxipplinari ta’ sospensjoni ta’ avvanz fl-iskala - Kumpens għad-dannu mġarrab mill-Unjoni - Artikolu 22 tar-Regolamenti tal-Persunal - Ċaħda tar-rikors fuq il-mertu - Annullament wara appell - Sentenza wara appell eżaminata mill-ġdid mill-Qorti tal-Ġustizzja u annullata - Kawża mibgħuta lura quddiem il-Qorti Ġenerali”)
(2022/C 73/37)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: HG (rappreżentant: L. Levi, avukata)
Appellat: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Bohr, aġent, assistit minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (l-Għaxar Awla) tad-19 ta’ Lulju 2016, HG vs Il-Kummissjoni (F-149/15, EU:F:2016:155), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
|
1) |
Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Lulju 2016, HG vs Il-Kummissjoni (F-149/15), hija annullata. |
|
2) |
L-ammont tal-kumpens għad-dannu dovut minn HG lill-Unjoni huwa ffissat għas-somma ta’ EUR 80 000 fil-jum tal-għoti ta’ din is-sentenza. |
|
3) |
Il-kumplament tar-rikors fil-Kawża F-149/15 huwa miċħud. |
|
4) |
HG u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess fil-Kawżi F-149/15, T-693/16 P, T-440/18 RENV u T-693/16 P-RENV-RX. |