|
22.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 22/37 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2017 – Koton Mağazacilik Tekstil Sanayi ve Ticaret vs EUIPO –Nadal Esteban (STYLO & KOTON)
(Kawża T-687/16) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva STYLO & KOTON - Raġuni assoluta għal rifjut - Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Assenza ta’ mala fide”))
(2018/C 022/51)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Koton Mağazacilik Tekstil Sanayi ve Ticaret AŞ (Istanbul, it-Turkija) (rappreżentanti: J. Güell Serra u E. Stoyanov Edissonov, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Joaquín Nadal Esteban (Alcobendas, Spanja) (rappreżentant: J. Donoso Romero, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Ġunju 2016 (Każ R 1779/2015-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Koton Mağazacilik Tekstil Sanayi ve Ticaret u M. Nadal Esteban.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud |
|
2) |
Koton Mağazacilik Tekstil Sanayi ve Ticaret AŞ hija kkundannata għall-ispejjeż. |