7.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 256/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ġunju 2017 – Jiménez Gasalla vs EUIPO (B2B SOLUTIONS)

(Kawża T-685/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea B2B SOLUTIONS - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2017/C 256/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Carlos Javier Jiménez Gasalla (Madrid, Spanja) (rappreżentant: E. Estella Garbayo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-22 ta’ Lulju 2016 (Każ R 244/2016-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali B2B SOLUTIONS bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Carlos Javier Jiménez Gasalla huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 410, 7.11.2016.