26.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 427/45


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2018 – Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-682/16) (1)

(“FAEG - Għajnuna skont l-erja - Proċedura għas-sospensjoni tal-pagamenti ta’ kull xahar lil Stat Membru - Artikolu 41(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 - Elementi prinċipali tas-sistema ta’ kontroll nazzjonali - Nuqqasijiet ikkonstatati - Pjan ta’ azzjoni b’indikaturi ta’ progress ċari stabbiliti wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni - Proporzjonalità”)

(2018/C 427/57)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: F. Alabrune, D. Colas, D. Segoin, A.-L. Desjonquères u S. Horrenberger, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: X. Lewis u D. Triantafyllou, aġenti)

Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, M. Figueiredo, P. Estêvão u J. Saraiva de Almeida, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2016) 4287, tat-12 ta’ Lulju 2016, li tissospendi l-pagamenti ta’ kull xahar lir-Repubblika Franċiża, abbażi tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Repubblika Portugiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 441, 28.11.2016.