Kawża T-662/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2018 – Gall Pharma vs EUIPO – Pfizer (Styriagra) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Styriagra — Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea VIAGRA — Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti — Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2018 – Gall Pharma vs EUIPO – Pfizer (Styriagra)
(Kawża T-662/16) ( 1 )
“(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Styriagra — Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea VIAGRA — Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti — Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)”
2018/C 221/20Lingwa tal-kawża: l-IngliżPartijiet
Rikorrenti: Gall Pharma GmbH (Judenburg, l-Awstrija) (rappreżentanti: inizjalment D. Reichelt u L. Figura, sussegwentement T. Schafft, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Gája u D. Walicka, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Pfizer Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: V. von Bomhard u J. Fuhrmann, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Ġunju 2016 (Każ R 724/2015-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Pfizer u Gall Pharma.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Gall Pharma GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż. |
( 1 ) ĠU C 441, 28.11.2016.