6.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 490/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ottubru 2021 – Simpson vs Il-Kunsill

(Kawża T-646/16 P-RENV-RX) (1)

(“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rifjut tal-Kunsill li jikklassifika mill-ġdid lill-persuna kkonċernata, wara li għadda minn kompetizzjoni ġenerali, fil-grad previst fl-avviż ta’ kompetizzjoni - Ċaħda tar-rikors fuq il-mertu - Appell - Annullament - Sentenza tal-appell eżaminata mill-ġdid mill-Qorti tal-Ġustizzja u annullata - Kawża mibgħuta lura lill-Qorti Ġenerali bħala qorti tal-appell - Obbligu ta’ motivazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament”)

(2021/C 490/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Erik Simpson (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: M. Velardo, avukata)

Appellat: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Bauer u R. Meyer, aġenti)

Suġġett

Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-24 ta’ Ġunju 2016, Simpson vs Il-Kunsill (F-142/11 RENV, EU:F:2016:136), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Erik Simpson għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża T-646/16 P.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha fil-Kawżi T-441/18 RENV u T-646/16 P-RENV-RX.


(1)  ĠU C 419, 14.11.2016.