|
11.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 93/46 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Kakol vs Il-Kummissjoni
(Kawżi magħquda T-641/16 RENV u T-137/17) (1)
((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Avviż ta’ kompetizzjoni - Kompetizzjoni ġenerali - Nuqqas ta’ ammissjoni ta’ kandidat sabiex jipparteċipa għall-eżamijiet taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni - Nuqqas ta’ rikonoxximent ta’ titoli jew ta’ diplomi - Ammissjoni għal kompetizzjoni preċedenti - Kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni simili - Regoli ta’ konkordanza bejn ir-rikors u l-ilment - Awtorità ta’ res judicata - Nuqqas ta’ osservanza tal-proċedura amministrattiva preliminari - Kompetenza tal-awtur tal-att - Talba għad-danni))
(2019/C 93/56)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Danuta Kakol (Lussemburgu, il-Lusemburgu) (rappreżentant: R. Duta, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara u L. Radu Bouyon, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-14 ta’ Frar 2014, ikkomunikati fit-2 ta’ Mejju 2016, u fil-25 ta’ Novembru 2016 li ma tintlaqax ir-rikorrenti għall-eżamijiet taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni tal-kompetizzjoni AD/177/10, organizzata mill-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO), minħabba li ma kinitx tissoddisfa l-kundizzjonijiet speċifiċi ta’ titoli jew ta’ kwalifiki meħtieġa fl-avviż ta’ kompetizzjoni, jew li tiċħad l-ilment tagħha kontra dan ir-rifjut ta’ ammissjoni, u, min-naħa l-oħra, għall-kundanna tal-Kummissjoni tħallasha s-somma ta’ EUR 5 000 bħala kumpens għad-danni morali li allegatament sofriet minħabba n-natura vessatorja tat-trattament tal-kandidatura tagħha.
Dispożittiv
|
1) |
Il-Kawżi T-641/16 RENV u T-137/17 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza. |
|
2) |
Fil-Kawża T-641-16 RENV, ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal annullament u, il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
|
3) |
Fil-Kawża T-137/17, ir-rikors huwa miċħud. |
|
4) |
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha relatati mal-Kawżi T-641/16 RENV u T-137/17 kif ukoll mal-Kawżi F-48/14 u T-152/15 P. |
(1) ĠU C 52, 22.2.2014 (kawża iniżjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea taħt in-numru F-1/14 u ttrasferita quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).