13.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 94/32 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Jannar 2023 – GEA Group vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-640/16 RENV) (1)
(“Kompetizzjoni - Akkordji - Swieq Ewropej tal-istabilizzaturi termiċi abbażi ta’ landa, żejt tas-sojja epossidizzat u esteri - Applikazzjoni tal-limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ għal waħda mill-entitajiet li jikkostitwixxu l-impriża - Annullament tad-deċiżjoni li temenda l-multa ffissata fid-deċiżjoni inizjali ta’ konstatazzjoni tal-ksur - Ammissibbiltà - Interess ġuridiku - Multi - Preskrizzjoni - Kunċett ta’ ‘impriża’ - Responsabbiltà in solidum għall-ħlas tal-multa - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal smigħ - Ugwaljanza fit-trattament - Data ta’ eżiġibbiltà tal-multa fil-każ ta’ emenda - Motivazzjoni”)
(2023/C 94/34)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: GEA Group AG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. du Mont u C. Wagner, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 3920 finali, tad-29 ta’ Ġunju 2016, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 8682 finali, tal-11 ta’ Novembru 2009, dwar proċediment għall-applikazzjoni tal-Artikolu [101 TFUE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38589 – Stabilizzaturi termiċi).
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
GEA Group AG għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-proċeduri T-640/16, T-640/16 RENV u C-823/18 P. |