5.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Jannar 2018 – FV vs Il-Kunsill

(Kawża T-639/16 P) (1)

((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Evalwazzjoni - Rapport ta’ evalwazzjoni - Rapport ta’ evalwazzjoni tal-karriera - Eżerċizzju ta’ evalwazzjoni - Ċaħda tar-rikors fl-ewwel istanza - Kompożizzjoni tal-kulleġġ ġudikanti li ddeċieda s-sentenza fl-ewwel istanza - Proċedura għall-ħatra ta’ mħallef tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - Qorti stabbilita bil-liġi - Prinċipju ta’ qorti stabbilita mil-liġi”))

(2018/C 083/30)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: FV (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Appellat: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-B. Laignelot u M. Bauer, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2016, FV vs Il-Kunsill (F-40/15, EU:F:2016:137) u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2016, FV vs Il-Kunsill (F-40/15), hija annullata.

2)

Il-kawża hija mibgħuta lura quddiem awla tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku differenti minn dik li ddeċidiet dwar dan l-appell.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 419, 14.11.16.