|
22.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 22/37 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Novembru 2017 – Montel vs Il-Parlament
(Kawża T-634/16) (1)
((“Regolamenti dwar l – ispejjeż u l – allowances tal – Membri tal – Parlament Ewropew - Allowance għal assistenza parlamentari - Irkupru ta’ somom imħallsa indebitament - Kompetenza tas – Segretarju Ġenerali - Electa una via - Drittijiet tad – difiża - Oneru tal – prova - Obbligu ta’ motivazzjoni - Aspettattivi leġittimi - Drittijiet politiċi - Ugwaljanza fit – trattament - Użu ħażin ta’ poter - Indipendenza tal – Membri - Żball ta’ fatt - Proporzjonalità”))
(2018/C 022/50)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Sophie Montel (Saint-Vit, Franza) (rappreżentant: G. Sauveur, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: G. Corstens u S. Seyr, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-kovenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer, R. Meyer A. Jensen, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament tal-24 ta’ Ġunju 2016 dwar l-irkupru mingħand ir-rikorrenti ta’ somma ta’ EUR 77 276,42 imħallsa indebitament bħala assistenza paralmentari, tan-notifika u tal-miżuri ta’ eżekuzzjoni ta’ din id-deċiżjoni li jinsabu fl-ittri tad-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali tal-Finanzi tal-Parlament tal-5 u tas-6 ta’ Lulju 2016 kif ukoll tan-nota ta’ debitu relatata tal-4 ta’ Lulju 2016 u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex tikseb kumpens tad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti minħabba, b’mod partikolari, l-imsemmija deċiżjoni.
Dispożittiv
|
1) |
Id-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament tal-24 ta’ Ġunju 2016 dwar l-irkupru mingħand Sophie Montel ta’ somma ta’ EUR 77 246,42 imħallsa indebitament bħala assistenza parlamentari u n-nota ta’ debitu relatata tal-4 ta’ Lulju 2016 huma annullati peress li huma jirrigwardaw somom imħallsa matul il-perijodu bejn Frar u April 2015. |
|
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
|
3) |
S. Montel, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess. |