23.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 142/44 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Marzu 2018 – Gollnisch vs il-Parlament
(Kawża T-624/16) (1)
((“Leġiżlazzjoni li tikkonċerna l-ispejjeż u l-allowances tad-deputati fil-Parlament Ewropew - Allowance ta’ assistenza parlamentari - Irkupru ta’ ammoni mħallsa indebitament - Kompetenza tas-segretarju ġenerali - Electa una via - Drittijiet tad-difiża - Oneru tal-prova - Obbligu ta’ motivazzjoni - Aspettattivi leġittimi - Drittijiet politiċi - Ugwaljanza fit-trattament - Użu ħażin ta’ poter - Indipendenza tad-deputati - Żball fattwali - Proporzjonalità”))
(2018/C 142/58)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Bruno Gollnisch (Villiers-le-Mahieu, Franza) (rappreżentanti: inizjalment minn N. Fakiroff, sussegwentement minn F. Wagner, avukati)
Konvenut: il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: G. Corstens u S. Seyr, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tas-segretarju ġenerali tal-Parlament tal-1 ta’ Lulju 2016 dwar l-irkupru mingħad ir-rikorrent ta’ somma ta’ EUR 275 984,23 imħallsa indebitament bħala assistenza parlamentari u tan-nota ta’ debitu marbuta magħha tal-5 ta’ Lulju 2016.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud |
2) |
Bruno Gollnisch għandu jbati kemm l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji. |