5.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 42/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2017 – Trautmann vs SEAE

(Kawża T-611/16) (1)

((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Remunerazzjoni - Allowances tal-familja - Allowance tal-edukazzjoni - Artikolu 15 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal - Kundizzjonijiet għall-għoti - Artikolu 3(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal - Frekwentazzjoni regolari u fuq bażi full-time ta’ stabbiliment ta’ edukazzjoni bi ħlas - Artikolu 85 tar-Regolamenti tal-Persunal - Irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament - Obbligu ta’ motivazzjoni - Dritt għal smigħ”))

(2018/C 042/28)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Ernst Ulrich Trautmann (Kraainem, il-Belġju) (rappreżentant: M. Meyer, avukat)

Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) (rappreżentanti: S. Marquardt u R. Weiss, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament, l-ewwel nett, tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tas-SEAE tat-18 ta’ Diċembru 2014 li tistma mill-ġdid l-ammont tal-allowance tal-edukazzjoni dovuta lir-rikorrent, it-tieni nett, tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali (PMO) tat-12 ta’ Jannar 2016 li tirkupra, permezz ta’ ammonti miżmuma mir-remunerazzjoni, l-ammonti mħallsa indebitament lir-rikorrent, it-tielet nett, tad-deċiżjoni tat-12 ta’ Mejju 2016 li tiċħad l-ilmenti mressqa kontra l-imsemmija deċiżjonijiet, u, min-naħa l-oħra, għall-kundanna tas-SEAE sabiex iħallas lura lir-rikorrent l-ammonti preċedentement imħallsa fir-rigward tad-dritt tiegħu għall-allowance tal-edukazzjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ernst Ulrich Trautmann huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 371, 10.10.2016 (il-kawża kienet inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-numru F-41/16 u ġiet ittrasferita quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Settembru 2016).