12.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2017 – PB vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-609/16) (1)

((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/309/15 (AD 11) - Tobba għas-sit ta’ Lussemburgu - Rifjut ta’ ammissjoni għall-eżamijiet taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni - Limitazzjoni tal-għażla tat-tieni lingwa għal numru ristrett ta’ lingwi uffiċjali tal-Unjoni - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Responsabbiltà - Dannu morali))

(2018/C 052/37)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: PB (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara u L. Radu Bouyon, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AD/309/15 (AD 11) – Tobba għas-siti ta’ Lussemburgu u ta’ Ispra (Qasam: Tobba Lussemburgu) tat-28 ta’ Settembru 2015 li r-rikorrenti ma tiġix ammessa għall-eżamijiet ta’ selezzjoni organizzati fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) u, min-naħa l-oħra, għall-kisba ta’ kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament ġarrbet.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-28 ta’ Settembru 2015 li permezz tagħha l-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/309/15 (AD 11) – Tobba għas-siti tal-Lussemburgu u ta’ Ispra (Qasam: Tobba Lussemburgu) irrifjuta li jammetti lil PB għall-eżamijiet ta’ selezzjoni organizzati fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 371, 10.10.2016 (kawża inizjalment ippreżentata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-numru F-39/16 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).