19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ April 2017 – HN vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-588/16) (1)

([“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 - Riforma tar-Regolamenti tal-Persunal - Regoli ġodda dwar il-karriera u l-promozzjoni lejn il-gradi AD 13 u AD 14 - Uffiċjali fil-grad AD 12 - Eżerċizzju ta’ responsabbiltajiet partikolari - Artikolu 30(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Proċedura ta’ promozzjoni 2014 - Talba għal klassifikazzjoni f’pożizzjoni tat-tip ‘konsulent jew ekwivalenti’ - Assenza ta’ tweġiba mill-Awtorità tal-Ħatra - Proċedura ta’ promozzjoni 2015 - Applikazzjoni ġdida għal klassifikazzjoni f’pożizzjoni tat-tip ‘konsulent jew ekwivalenti’ jew ‘kap tal-unità jew ekwivalenti’ - Ċaħda mill-Awtorità tal-Ħatra - Natura konfermattiva tar-rifjut ta’ klassifikazzjoni f’pożizzjoni tat-tip ‘konsulent jew ekwivalenti’ - Rekwiżiti marbuta mal-proċedura prekontenzjuża - Inammissibbiltà”])

(2017/C 195/39)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: HN (rappreżentanti: F. Sciaudone u R. Sciaudone, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Ehrbar u A-C. Simon, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża b’mod partikolari għall-annullament tad-“deċiżjoni li tiċħad it-talba [tar-rikorrent] sabiex jitqies li jeżerċita responsabbiltajiet partikolari li jagħtu lok għall-klassifikazzjoni tiegħu f’pożizzjoni tat-tip ‘konsulent jew ekwivalenti’ skont l-Artikolu 30(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal [il-ġodda]” u skont id-Deċiżjoni SEC(2013) 691, tat-18 ta’ Diċembru 2013, intitolata “Komunikazzjoni lill-Kummissjoni li temenda r-regoli dwar il-kompożizzjoni tal-uffiċċji tal-Membri tal-Kummissjoni u dwar il-persuni responsabbli għall-komunikazzjoni”.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

HN huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 251, 11.7.2016 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropa bin-numru F-18/16 u ttrasferita quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropa fl-1 ta’ Settembru 2016).