19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ April 2017 – OU vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-569/16) (1)

((“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Proċeduri dixxiplinari - Sospensjoni - Somma miżmuma fir-rigward tar-remunerazzjoni - Twiddiba - Rimbors - Artikolu 24(4) tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal”))

(2017/C 195/37)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: OU (rappreżentanti: J. -N. Louis u N. de Montigny, avukati)

Konvenuta): Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Ehrbar u F. Simonetti, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Marzu 2015 li tiċħad it-talba tar-rikorrent intiża għar-rimbors tas-somom miżmuma fuq ir-remunerazzjoni tiegħu għal żmien ta’ sitt xhur b’effett mill-15 ta’ Jannar 2007 u, min-naħa l-oħra, għar-rimbors tal-imsemmija somom, flimkien ma’ mgħax.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-13 ta’ Marzu 2015 li biha l-Kummissjoni Ewropea ċaħdet it-talba ta’ OU intiża għar-rimbors tas-somom miżmuma fuq ir-remunerazzjoni tiegħu wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Diċembru 2006 hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni hija kkundannata tirrimborsa lil OU s-somom miżmuma fuq ir-remunerazzjoni tiegħu wara d-deċiżjoni tal-14 ta’ Diċembru 2006.

3)

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 211, 13.6.2016 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea taħt in-numru F-141/15 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).