|
3.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 36/24 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2019 – OS vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-528/16) (1)
(“Funzjoni Pubblika - Riforma tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2014 - Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 - Imposta ta’ solidarjetà applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2014 - Sospensjoni tal-applikazzjoni tal-metodu ta’ aġġornament tar-remunerazzjonijiet għas-snin 2013 u 2014”)
(2020/C 36/29)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: OS (rappreżentanti: J.-N. Louis, R. Metz u D. Verbeke, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara u L. Radu Bouyon, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: E. Taneva u M. Ecker, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, (rappreżentanti: M. Bauer u R. Meyer, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni li tistabbilixxi r-remunerazzjoni tar-rikorrent għax-xahar ta’ Jannar 2014, kif iddefinit fil-rendikont tar-remunerazzjoni tal-imsemmi xahar indirizzat lilu fit-13 ta’ Jannar 2014 u li huwa l-ewwel rendikont li japplika fir-rigward tiegħu l-Artikolu 65(4) u l-Artikolu 66(a) tar-Regolamenti tal-Persunal, li jirriżultaw mill-punti 44 u 46 tal-Artikolu 1 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2013 (ĠU 2013, L 287, p. 15), li jipprevedu, rispettivament, is-sospensjoni tal-applikazzjoni tal-metodu ta’ aġġornament tar-remunerazzjonijiet għall-2013 u għall-2014 u l-istabbiliment ta’ imposta ta’ solidarjetà mill-1 ta’ Jannar 2014.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
OS huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
|
3) |
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |
(1) ĠU C 7, 12.1.2015 (kawża inizjalment ippreżentata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea taħt in-numru F-122/14 u ttrasferita quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).