11.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 93/44


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2018 – FZ et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-526/16) (1)

((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Riforma tar-Regolamenti tal-Persunal - Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 - Tipi ta’ pożizzjonijiet - Regoli tranżitorji dwar il-klassifikazzjoni fit-tipi ta’ pożizzjonijiet - Artikolu 30 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Amministraturi fi tranżizzjoni (AD 13) - Amministraturi (AD 12) - Promozzjoni skont l-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal awtorizzata biss fil-linja ta’ karriera li tikkorrispondi għat-tip ta’ pożizzjoni okkupata - Aċċess għat-tip ta’ pożizzjoni ta’ ‘kap ta’ unità jew ekwivalenti’ jew ta’ ‘konsulent jew ekwivalenti’ esklużivament skont il-proċedura tal-Artikolu 4 u tal-Artikolu 29(1) tar-Regolamenti tal-Persunal - Ugwaljanza fit-trattament - Telf tal-eliġibbiltà għall-promozzjoni għall-grad superjuri - Aspettattivi leġittimi”))

(2019/C 93/54)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: FZ u d-disa’ rikorrenti l-oħra li l-ismijiet tagħhom jidhru fl-anness għas-sentenza (rappreżentanti: T. Bontinck u A. Guillerme, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn J. Currall u G. Gattinara, sussegwentement minn G. Gattinara u C. Berardis-Kayser u, finalment minn G. Berscheid, G. Gattinara u L. Radu Bouyon, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment minn N. Chemaï u M. Dean, sussegwentment minn L. Deneys, J. Steele u J. Van Pottelberge, aġenti); u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn M. Bauer u E. Rebasti, sussegwentement minn M. Bauer u R. Meyer, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li permezz tagħhom l-Awtorità tal-Ħatra ta’ din l-istituzzjoni kklassifikat lir-rikorrenti fit-tipi ta’ pożizzjonijiet ta’ “amministratur fi tranżizzjoni” jew ta’ “amministratur”, bil-konsegwenza tat-telf, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014, tal-eliġibbiltà tagħhom għall-promozzjoni għall-grad superjuri, kif dawn id-deċiżjonijiet ġew ikkonfermati bid-deċiżjonijiet tal-imsemmija awtorità, tat-3 ta’ Lulju, tas-17 ta’ Lulju u tas-6 ta’ Awwissu 2014.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

FZ u l-uffiċjali l-oħrajn tal-Kummissjoni Ewropea li l-ismijiet tagħhom jidhru fl-anness huma kkundannati għall-ispejjeż.

3)

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 7, 12.1.2015 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-numru F-113/14 u ttrasferita quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).