1.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2019 — Alvarez y Bejarano et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-516/16 u T-536/16) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Riforma tar-Regolamenti tal-Persunal - Kundizzjonijiet inqas favorevoli fil-qasam ta’ ħlas b’rata fissa tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar u ta’ żieda tal-leave annwali permezz ta’ ġranet ta’ leave supplimentari għal leave għal raġuni ta’ distanza - Rabta bejn l-għoti ta’ dawn il-benefiċċji u l-istatus ta’ espatrijat jew ta’ persuna li telqet mill-pajjiż tal-oriġini tagħha - Tneħħija tar-rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar annwali u tal-leave għal raġuni ta’ distanza”)

(2019/C 220/40)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Maria Alvarez y Bejarano (Namur, il-Belġju) u l-11-il rikorrent l-ieħor li isimhom jidher anness mas-sentenza (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn J. Currall u G. Gattinara, sussegwentement minn G. Gattinara u F. Simonetti, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: E. Taneva u M. Ecker, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn M. Bauer u M. Veiga, sussegwentement minn M. Bauer u R. Meyer, aġenti)

Suġġett

Talbiet skont l-Artikolu 270 TFUE u intiżi għall-annullament tad-deċiżjonijiet li r-rikorrenti ma jingħatawx iktar, mill-1 ta’ Jannar 2014, leave għal raġuni ta’ distanza u r-rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar annwali sabiex ikunu jistgħu iżommu relazzjoni mal-pajjiż tal-oriġini tagħhom.

Dispożittiv

1)

Il-Kawżi T-516/16 u T-536/16 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

2)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

3)

Maria Alvarez y Bejarano u l-uffiċjali u l-membri tal-persunal l-oħra tal-Kummissjoni Ewropea li isimhom jidher fl-anness huma kkundannati għall-ispejjeż.

4)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


(1)  ĠU C 421 tal-24.11.2014 (Kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-numru F-85/14 u ttrasferita quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).