|
20.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 19/43 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Novembru 2019 – Missir Mamachi di Lusignano et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-502/16) (1)
(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Qtil ta’ uffiċjal u ta’ martu - Obbligu li tiġi żgurata s-sigurtà tal-persunal fis-servizz tal-Unjoni - Responsabbiltà ta’ istituzzjoni għad-dannu morali tal-aventi kawża ta’ uffiċjal mejjet - Omm, ħu u oħt l-uffiċjal - Rikors għad-danni - Ammissibbiltà - Locus standi abbażi tal-Artikolu 270 TFUE - Persuna li għaliha japplikaw ir-Regolamenti tal-Persunal - Terminu raġonevoli”)
(2020/C 19/50)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Stefano Missir Mamachi di Lusignano (Shanghai, iċ-Ċina) u s-6 rikorrenti l-oħra li isimhom jidher anness mas-sentenza (rappreżentanti: F. Di Gianni, G. Coppo u A. Scalini, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn B. Eggers, G. Gattinara u D. Martin, sussegwentement minn G. Gattinara u R. Striani, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, essenzjalment, sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tħallas lill-aventi kawża ta’ Alessandro Missir Mamachi di Lusignano, lill-aventi kawża ta’ Livio Missir Mamachi di Lusignano, lil Anne Jeanne Cécile Magdalena Maria Sintobin, lil Stefano Missir Mamachi di Lusignano u lil Maria Letizia Missir Mamachi di Lusignano, diversi somom bħala kumpens għad-danni morali li rriżultaw mill-qtil ta’ Alessandro Missir Mamachi di Lusignano u ta’ martu, li seħħ fit-18 ta’ Settembru 2006 f’Rabat (il-Marokk), fejn Alessandro Missir Mamachi di Lusignano kien jinsab għal raġunijiet ta’ servizz.
Dispożittiv
|
1) |
Ma hemmx iktar lok li tittieħed deċiżjoni dwar it-talbiet għal kundanna tal-Kummissjoni Ewropea biex tħallas, bħala kumpens għad-danni morali, ammont ta’ EUR 463 050 lil kull wieħed mill-aventi kawża ta’ Alessandro Missir Mamachi di Lusignano, ammont ta’ EUR 574 000 lill-istess aventi kawża, u ammont ta’ EUR 308 700 lill-aventi kawża ta’ Livio Missir Mamachi di Lusignano. |
|
2) |
Il-Kummissjoni hija kkundannata tħallas in solidum ammont ta’ EUR 50 000 lil Anne Jeanne Cécile Magdalena Maria Sintobin, bħala kumpens għad-danni morali mġarrba minnha. |
|
3) |
Il-Kummissjoni hija kkundannata tħallas in solidum ammont ta’ EUR 10 000 lil Maria Letizia Missir Mamachi di Lusignano, bħala kumpens għad-danni morali mġarrba minnha. |
|
4) |
Il-Kummissjoni hija kkundannata tħallas in solidum ammont ta’ EUR 10 000 lil Stefano Missir Mamachi di Lusignano, bħala kumpens għad-danni morali mġarrba minnu. |
|
5) |
Il-kumpensi msemmija fil-punti 2 sa 4 ta’ dan id-dispożittiv għandhom jiżdiedu bl-interessi moratorji, mid-data tal-pronunzja ta’ din is-sentenza u sal-ħlas sħiħ, bir-rata ffissata mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament tiegħu, miżjuda b’żewġ punti perċentwali. |
|
6) |
Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija. |
|
7) |
Il Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż. |
(1) ĠU C 26, 26.1.2013 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-numru F-132/12) u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).