6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Settembru 2017 – D’Agostino vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-501/16) (1)

((“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Artikolu 3a tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg - Nuqqas ta’ tiġdid tal-kuntratt - Artikoli 12a u 24 tar-Regolamenti tal-Persunal - Dmir ta’ premura - Interess tas-servizz”))

(2017/C 374/50)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Luigi D’Agostino (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: M.-A. Lucas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid u G. Gattinara, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Diċembru 2011 li ma ġġeddidx il-kuntratt ta’ membru tal-persunal bil-kuntratt tar-rikorrent u, min-naħa l-oħra, għal kumpens għad-dannu li allegatament sostna.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

L. D’Agostino huwa kkundannat għall-ispejjeż ta’ din il-kawża u tal-Kawża F-93/12 u għandha tbati l-ispejjeż tagħha fil-Kawża T-670/13 P.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha fil-Kawża T-670/13 P.


(1)  ĠU C ##, ##.