10.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 445/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2018 – Epsilon International vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-477/16) (1)

((“Klawżola ta’ arbitraġġ - Kuntratti konklużi fil-kuntest tas-Seba’ Programm Qafas għall-Attivitajiet ta’ Riċerka, ta’ Żvilupp Teknoloġiku u ta’ Dimostrazzjoni (2007-2013) - Interess ġuridiku - Spejjeż eliġibbli - Sospensjoni tal-ħlas - Talba għal annullament - Deċiżjoni li r-rikorrenti titniżżel fid-database ċentrali tas-Sistema ta’ Individwazzjoni u ta’ Esklużjoni Bikrija (EDES) - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”))

(2018/C 445/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Epsilon International SA (Marousi, il-Greċja) (rappreżentanti: D. Bogaert u A. Guillerme, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Estrada de Solà, A Katsimerou u A. Kyratsou, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża sabiex jiġi kkonstatat, fl-ewwel lok, li s-somom imħallsa mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-ftehimiet ta’ sussidju Briseide, i-SCOPE u Smart-Islands jikkostitwixxu spejjeż eliġibbli, it-tieni nett li d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li tissosspendi l-ħlas għall-proġetti i-Locate, eENV-Plus, GeoSmartCity u c-Space huma infondati u, it-tielet nett, li l-aġir illegali tal-Kummissjoni kkawża preġudizzju lir-rikorrenti u, min-naħa l-oħra, talba bbażata, l-ewwel nett, fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ares(2016) 2835215, tas-17 ta’ Ġunju 2016, li tirreġistra lil Epsilon fid-database tas-Sistema ta’ Individwazzjoni u ta’ Esklużjoni Bikrija (EDES) u, it-tieni nett, fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex tikseb kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament ġarrbet wara dan l-att.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Epsilon International SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 402, 31.10.2016.