|
22.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 22/35 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali fit-30 ta’ Novembru 2017 – FTI Touristik vs EUIPO – Prantner u Giersch (Fl)
(Kawża T-475/16) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Fl - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea fly.de - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))
(2018/C 022/48)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: FTI Touristik GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Parr, avocat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Harald Prantner (Hamburg, il-Ġermanja) u Daniel Giersch (Monako, Monako) (rappreżentanti: S. Eble u Y.-A. Wolff, avocats)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-16 ta’ Ġunju 2016 (Każ R 480/2015–5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn FTI Touristik u H. Prantner u D. Giersch.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
FTI Touristik GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż. |