201806290731986532018/C 249/294612016TC24920180716MT01MTINFO_JUDICIAL20180531242411

Kawża T-461/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Mejju 2018 – Kaddour vs Il-Kunsill (“Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi — Użu ħażin ta’ poter — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Prinċipju ta’ awtorità ta’ res judicata — Ksur tal-Artikolu 266 TFUE — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Drittijiet fundamentali — Proporzjonalità — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni”)


C2492018MT2410120180531MT0029241241

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Mejju 2018 – Kaddour vs Il-Kunsill

(Kawża T-461/16) ( 1 )

“(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi — Użu ħażin ta’ poter — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Prinċipju ta’ awtorità ta’ res judicata — Ksur tal-Artikolu 266 TFUE — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Drittijiet fundamentali — Proporzjonalità — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni”)”

2018/C 249/29Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Khaled Kaddour (Damas, is-Sirja) (rappreżentanti: V. Davies u V. Wilkinson, solicitors, u R. Blakeley, barrister)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Bauerschmidt u G. Étienne, sussegwentement J. Bauerschmidt u S. Kyriakopoulou, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/850 tas-27 ta’ Mejju 2016, li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2016, L 141, p. 125), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/840 tas-27 ta’ Mejju 2016 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2016, L 141, p. 30), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Khaled Kaddour huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


( 1 ) ĠU C 383, 17.10.2016.