30.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2017 – sheepworld vs EUIPO (Bester Opa)

(Kawża T-449/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Bester Opa - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2017/C 369/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: sheepworld AG (Ursensollen, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. von Rüden, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Fischer, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO fis-26 ta’ Mejju 2016 (Każ R 92/2016-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Bester Opa bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Sheepworld AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 364, 3.10.2016.