9.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 123/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Frar 2018 – Schniga vs CPVO (Gala Schnico)

(Kawża T-445/16) (1)

((“Varjetajiet ta’ pjanti - Applikazzjoni għall-protezzjoni Komunitarja tal-varjetajiet ta’ pjanti għall-varjetà tal-pjanta Gala Schnico - Eżami tekniku - Obbligu ta’ motivazzjoni - L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 2100/94 - Omoġeneità - Artikolu 8 tar-Regolament Nru 2100/94 - Eżami kumplimentari - Artikolu 57(3) tar-Regolament Nru 2100/94 - Ugwaljanza fit-trattament - Investigazzjoni ex officio tal-fatti miċ-CPVO - Artikolu 76 tar-Regolament Nru 2100/94”))

(2018/C 123/22)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Schniga GmbH (Bolzano, l-Italja) (rappreżentanti: G. Würtenberger u R. Kunze, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO) (rappreżentanti: M. Ekvad, F. Mattina u U. Braun-Mlodecka, aġenti, assistiti minn A. von Mühlendahl u H. Hartwig, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tas-CPVO tat-22 ta’ April 2016 (Każ A 005/2014), dwar applikazzjoni għal protezzjoni Komunitarja tal-varjetajiet ta’ pjanti għall-varjetà tal-pjanta Gala Schnico.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Schniga GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 364, 3.10.2016.