|
9.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 378/25 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2020 – L-Italja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-437/16) (1)
(“Sistema lingwistika - Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali għar-reklutaġġ ta’ amministraturi fil-qasam tal-awditjar - Għarfien tal-lingwi - Limitazzjoni tal-għażla tat-tieni lingwa tal-kompetizzjoni għall-Ġermaniż, għall-Ingliż u għall-Franċiż - Lingwa tal-kompetizzjoni - Regolament Nru 1 - Artikolu 1d(1), Artikolu 27 u Artikolu 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal - Diskriminazzjoni bbażata fuq il-lingwa - Ġustifikazzjoni - Interess tas-servizz - Proporzjonalità”)
(2020/C 378/28)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent; assistita minn P. Gentili, avvocato dello Stato.)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara u D. Milanowska, aġenti)
Intervenjent insostenn tar-rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: L. Aguilera Ruiz, aġent)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-avviż ta’ kompetizzjoni miftuħa EPSO/AD/322/16, għall-istabbiliment ta’ listi ta’ riżerva ta’ amministraturi fil-qasam tal-awditjar (AD 5/AD 7) (ĠU 2016, C 171 A, p. 1).
Dispożittiv
|
1) |
L-avviż ta’ kompetizzjoni miftuħa EPSO/AD/322/16, għall-istabbiliment ta’ lista ta’ riżerva ta’ amministraturi fil-qasam tal-awditjar (AD 5/AD 7), huwa annullat. |
|
2) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż u hija kkundannata tbati dawk esposti mir-Repubblika Taljana. |
|
3) |
Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess. |