25.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2018 – Syriatel Mobile Telecom vs Il-Kunsill

(Kawża T-411/16) (1)

((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Dritt għall-unur u għar-rispett tar-reputazzjoni - Dritt għall-proprjetà - Preżunzjoni tal-innoċenza - Proporzjonalità”))

(2019/C 72/21)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Syriatel Mobile Telecom (Joint Stock Company) (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment S. Kyriakopoulou, A. Vitro u G. Étienne, sussegwentement S. Kyriakopoulou, A. Vitro u V. Piessevaux, u fl-aħħar nett S. Kyriakopoulou u A. Vitro, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/850 tas-27 ta’ Mejju 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2016, L 141, p. 125), kif ukoll tal-atti sussegwenti ta’ eżekuzzjoni tagħha, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/917 tad-29 ta’ Mejju 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2017, L 139, p. 62, rettifika fil-ĠU 2017, L 146, p. 159), u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/778 tat-28 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2018, L 131, p. 16, rettifika fil-ĠU 2018, L 167, p. 36), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Syriatel Mobile Telecom (Joint Stock Company) hija kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea


(1)  ĠU C 364, 3.10.2016.