30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Marzu 2018 – Grupo Osborne vs EUIPO – Ostermann (DONTORO dog friendship)

(Kawża T-390/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea DONTORO dog friendship - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Kumplimentarità tal-prodotti u tas-servizzi - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”))

(2018/C 152/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Grupo Osborne, SA (El Puerto de Santa María, Spanja) (rappreżentant: J. M. Iglesias Monravá, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Ivanauskas, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Daniel Ostermann (Leipzig, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ April 2016 (Każ R 2002/2015-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Grupo Osborne u D. Ostermann.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Grupo Osborne, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 364, 03.10.2016.