3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2018 – ArcelorMittal Tubular Products Ostrava et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-364/16) (1)

((“Dumping - Importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldatura, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw miċ-Ċina - Bdil tal-kodiċi addizzjonali TARIC minn kumpannija - Rikors għal annullament - Att li jista’ jiġi kkontestat - Inċidenza diretta - Inċidenza individwali - Ammissibbiltà - Effetti ta’ sentenza ta’ annullament - Regola tal-parallelliżmu tar-rekwiżiti formali”))

(2018/C 436/48)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ArcelorMittal Tubular Products Ostrava a.s. (Ostrava-Kunčice, ir-Repubblika Ċeka), u t-12-il rikorrent l-oħra li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza (rappreżentanti: G. Berrisch, avukat, u B. Byrne, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Demeneix u J.-F. Brakeland, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annulament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Ġunju 2016 li tneħħi lil Hubei Xinyegang Steel Co. Ltd mil-lista tal-impriżi li jaqgħu taħt il-kodiċi addizzjonali TARIC A 950 u tinkludiha taħt il-kodiċi addizzjonali TARIC C 129, għall-kodiċi kollha tan-nomenklatura magħquda msemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2272 tas-7 ta’ Diċembru 2015 li jimponi dazju definittiv antidumping fuq importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU 2015 L 322, p. 21).

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-3 ta’ Ġunju 2016 li tirtira lil Hubei Xinyegang Steel Co. Ltd mil-lista ta’ kumpanniji inklużi taħt il-kodiċi addizzjonali TARIC A 950 u li tinkludiha taħt il-kodiċi addizzjonali TARIC C 129, għall-kodiċi tan-nomenklatura magħquda kollha msemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2272 tas-7 ta’ Diċembru 2015 li jimponi dazju definittiv anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż sostnuti minn ArcelorMittal Tubular Products Ostrava a.s. u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness.


(1)  ĠU C 305, 22.8.2016