16.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 134/20 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2018 – Zink vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-338/16 P) (1)
((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Remunerazzjoni - Allowance tal-espatrijazzjoni - Nuqqas ta’ ħlas tal-allowance għal diversi snin wara żball amministrattiv - Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal - Terminu raġonevoli”))
(2018/C 134/27)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Richard Zink (Bamako, Mali) (rappreżentanti: N. de Montigny u J.-N. Louis, avukati)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Bohr u F. Simonetti, aġenti)
Suġġett
Appell ippreżentat kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ April 2016, Zink vs Il-Kummissjoni (F-77/15, EU:F:2016:74), u intiż għall-annullament ta’ dik is-sentenza.
Dispożittiv
1) |
Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ April 2016, Zink vs Il-Kummissjoni (F-77/15) hija annullata. |
2) |
Id-deċiżjoni tat-23 ta’ Lulju 2014 tal-Uffiċċju “Ġestjoni u kalkolu tad-drittijiet individwali” (PMO) tal-Kummissjoni Ewropea hija annullata inkwantu, bis-saħħa ta’ dik id-deċiżjoni, il-Kummissjoni kienet irrifjutat li tħallas lil Richard Zink l-allowance tal-espatrijazzjoni relatata mal-perijodu ta’ bejn l-1 ta’ Settembru 2007 u t-30 ta’ April 2009. |
3) |
Il-kumplament tar-rikors ippreżentat quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea taħt ir-referenza F-77/15 huwa miċħud. |
4) |
Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż relatati mal-proċeduri tal-appell u mal-proċeduri tal-ewwel istanza. |