11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ottubru 2017 – Hello Malta Group vs EUIPO – Hola (#hello media group)

(Kawża T-331/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea #hello media group - Trade marks figurattivi u trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea HELLO! - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”])

(2017/C 424/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Hello Media Group, SL (Madrid, Spanja), awtorizzata tissostitwixxi lil Hello Media, SL (rappreżentant: A. Alejos Cutuli, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Hola, SL (Madrid) (rappreżentant: F. Arroyo Álvarez de Toledo, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ April 2016 (Każ R 2012/2015-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Hola u Hello Media.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Hello Media Group, SL, hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 296, 16.8.2016.