4.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 44/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Novembru 2018 – VG vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-314/16 u T-435/16) (1)

((Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti u informazzjoni dwar Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ttemm “l-ittra ta’ ftehim u ta’ adeżjoni fit-Team Europe” - Refus d’accès - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-ħajja privata tal-individwi - Protezzjoni ta' data personali - Regolament (KE) Nru 45/2001 - Rifjut tat-trasferiment - Artikoli 7, 47 u 48 Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Responsabbiltà mhux kuntrattwali))

(2019/C 44/24)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: VG, bħala eredi universali ta’ MS (rappreżentanti: inizjalment minn L. Levi u M. Vandenbussche, sussegwentement minn L. Levi, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Clotuche-Duvieusart u A. Simon, sussegwentement minn F. Clotuche-Duvieusart, u B. Mongin, aġenti)

Suġġett

Minn naħa waħda, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Frar u tad-19 ta’ April 2016 li tiċħad it-talba għall-aċċess ta’ MS għad-dokumenti li jikkonċernawh u, tas-16 ta’ Ġunju 2016, li tiċħad t-talba tiegħu li tirrigwarda li jiġu ttrasferiti lilu d-data ta’ natura personali li tikkonċernah fid-dokumenti id-dokumenti kkonċernati minn din it-talba għal aċċess u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u ntiża li tikseb danni allegatament subiti minn MS minħabba din iċ-ċaħda għall-aċċess u għal trasferiment

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-16 ta’ Ġunju 2016, li tirrigwarda ċ-ċaħda tat-talba ta’ MS sabiex tiġi ttrasferita lilu ċerta data ta’ natura personali, hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni hija kkundannata tħallas lil VG, bħala eredi universali ta’ MS, somma ta’ EUR 5 000.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

VG u l-Kummissjoni għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C C 63, 27.2.2017.