16.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 134/19 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2018 – CEE Bankwatch Network vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-307/16) (1)
((“Aċċess għad-dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti relatati ma’ deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħti self Euratom favur il-programm għat-titjib tas-sigurtà tar-reatturi nukleari fl-Ukraina - Rifjut parzjali ta’ aċċss - Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-interess pubbliku fil-qasam tar-relazzjonijiet internazzjonali - Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali - Interess pubbliku superjuri - Regolament (KE) Nru 1367/2006 - Applikazzjoni għad-dokumenti relatati mad-deċiżjonijiet meħuda fil-kuntest tat-Trattat KEEA”))
(2018/C 134/26)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: CEE Bankwatch Network (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: C. Kiss, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Zadra, F. Clotuche-Duvieusart u C. Cunniffe, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: inizjalment M. Holt u D. Robertson, sussegwentement S. Brandon, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 2319 finali, tal-15 ta’ April 2016, li tirrifjuta, fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331), l-aċċess għal numru ta’ dokumenti relatati mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 3496 finali, tal-24 ta’ Ġunju 2013, li tagħti self Euratom favur il-programm għat-titjib tas-sigurtà tar-reatturi nukleari fl-Ukraina.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
CEE Bankwatch Network għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea. |
3) |
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu. |