|
21.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 277/40 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Lulju 2017 – Gamet vs EUIPO – “Metal-Bud II” Robert Gubała (Pum ta’ bieb)
(Kawża T-306/16) (1)
([“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta pum ta’ bieb - Disinn preċedenti - Raġuni ta’ invalidità - Assenza ta’ karattru individwali - Grad ta’ libertà tad-disinjatur - Assenza ta’ impressjoni ġenerali differenti - Artikolu 6 u l-Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Provi prodotti insostenn tal-oppożizzjoni wara l-iskadenza tat-terminu stabbilit - Produzzjoni ta’ provi għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell - Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell - Artikolu 63 tar-Regolament Nru 6/2002”])
(2017/C 277/59)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Gamet S.A. (Toruń, il-Polonja) (rappreżentant: A. Rolbiecka, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Ivanauskas, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Firma produkcyjno-handlowa “Metal-Bud II” Robert Gubała (Świątniki Górne, il-Polonja) (rappreżentant: M. Mikosza, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-17 ta’ Marzu 2016 (Każ R 2040/2014-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Firma produkcyjno-handlowa “Metal-Bud II” Robert Gubała u Gamet.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Gamet S.A. hija kkundannata għall-ispejjeż. |