12.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2017 – bet365 Group vs EUIPO – Hansen (BET 365)

(Kawża T-304/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea BET 365 - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Prova - Użu tat-trade mark għal diversi finijiet - Artikolu 7(3) u Artikolu 52(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li saru l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 59(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”))

(2018/C 052/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: bet365 Group Limited (Stoke-on-Trent, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Malynicz, QC, R. Black u J. Bickle, solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Robert Hansen (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Pütz-Poulalion, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-21 ta’ Marzu 2016 (Każ R 3243/2014–5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn R. Hansen u bet365 Group

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), tal-21 ta’ Marzu 2016 (Każ R 3243/2014–5), hija annullata sa fejn din tirrigwarda s-servizzi li jaqgħu fil-klassi 41 elenkati fir-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea BET 365.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 296, 16.8.2016.