31.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ġunju 2017 – Bay vs Il-Parlament

(Kawża T-302/16) (1)

((“Dritt istituzzjonali - Deċiżjoni tal-President tal-Parlament li tippronunzja kontra deputat Ewropew is-sanzjoni tat-telf tad-dritt għall-allowance tar-residenza - Artikolu 166 tar-Regoli Interni tal-Parlament - Dritt ta’ aċċess għall-fajl - Żball ta’ fatt”))

(2017/C 249/40)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Nicolas Bay (La Celle-Saint-Cloud, Franza) (rappreżentant: A. Cuignache, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentant N. Görlitz, S. Alonso de León u S. Seyr, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-President tal-Parlament tad-9 ta’ Marzu 2016 u tad-deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament tal-11 avril 2016 li timponi fuq ir-rikorrent is-sanzjoni tat-telf tad-dritt għall-allowance tar-residenza għal perijodu ta’ ħamest ijiem.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Nicolas Bay huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 279, 1.8.2016.