3.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 187/61


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ April 2019 — Jindal Saw u Jindal Saw Italia vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-301/169) (1)

(“Dumping - Importazzjonijiet ta’ tubi u ta’ pajpijiet tal-ħadid fondut duttili li joriġinaw mill-Indja - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/388 - Regolament (KE) Nru 1225/2009 [issostitwit bir-Regolament (UE) 2016/1036] - Marġni ta’ dumping - Determinazzjoni tal-prezz għall-esportazzjoni - Assoċjazzjoni bejn l-esportatur u l-importatur - Prezz għall-esportazzjoni affidabbli - Kostruzzjoni tal-prezz għall-esportazzjoni - Marġni raġjonevoli għall-ispejjeż tal-bejgħ, spejjeż amministrattivi u spejjeż ġenerali oħra - Marġni raġjonevoli għall-benefiċċju - Danni tal-industrija tal-Unjoni - Kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz u tal-marġni ta’ danni - Rabta kawżali - Aċċess għad-data kunfidenzjali u tal-investigazzjoni antidumping - Drittijiet tad-difiża”)

(2019/C 187/65)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Jindal Saw Ltd (New Delhi, l-Indja), Jindal Saw Italia SpA (Trieste, l-Italja) (rappreżentanti: R. Antonini u E. Monard, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland u G. Luengo, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-kovenut: Saint-Gobain Pam (Pont-à-Mousson, Franza) (rappreżentanti: O. Prost, A. Coelho Dias u C. Bouvarel, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/388 tas-17 ta’ Marzu 2016 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ tubi u pajpijiet ta’ ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala grafit ta’ ħadid fondut sferojdali), li joriġinaw mill-Indja (ĠU 2016, L 73, p. 53), safejn dan ir-regolament jikkonċerna lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/388 tas-17 ta’ Marzu 2016 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ tubi u pajpijiet ta’ ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala grafit ta’ ħadid fondut sferojdali), li joriġinaw mill-Indja, huwa annullat safejn dan jikkoċerna lil Jindal Saw Ltd.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż sostnuti minn Jindal Saw u Jindal Saw Italia SpA.

3)

Saint-Gobain Pam għandha tbati l-ispejjeż proprji tagħha.


(1)  ĠU C 314, 29.8.2016.