|
4.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 293/30 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Lulju 2017 – Il-Belġju vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-287/16) (1)
((“FAEG u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament - Infiq imwettaq mill-Belġju - Ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni - Assenza ta’ rkupru li tirriżulta minn negliġenzi imputabbli lil organu ta’ Stat Membru - Nuqqas ta’ eżawriment tar-rimedji ġudizzjarji kollha possibbli - Proporzjonalità”))
(2017/C 293/34)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: inizjalment J.-C. Halleux u M. Jacobs, sussegwentement M. Jacobs, L. Van den Broeck u J. Van Holm, aġenti, assistiti minn É. Grégoire u J. Mariani, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet u P. Ondrůšek, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/417, tas-17 ta’ Marzu 2016, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2016, L 75, p. 16), sa fejn din twarrab mill-imsemmi finanzjament fir-rigward tar-Renju tal-Belġju s-somma ta’ EUR 9 601 619.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż. |