6.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 155/37 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2019 — Inpost Paczkomaty u Inpost vs Il-Kummissjoni
(Kawżi Magħquda T-282/16 u T-283/16) (1)
(“Għajnuna mill-Istat - Settur postali - Kumpens għall-ispejjeż netti li jirriżultaw mill-obbligi ta’ servizz universali - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Rikors għal annullament - Interess ġuridiku - Obbligu ta’ motivazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament - Proporzjonalità - Dritt għall-proprjetà - Libertà ta’ intrapriża”)
(2019/C 155/44)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti fil-Kawża T-282/16: Inpost Paczkomaty sp. z o.o. (Kraków, il-Polonja) (rappreżentanti: inizjalment T. Proć, sussegwentement D. Doktór, avukati)
Rikorrenti fil-kawża T-283/16: Inpost S.A. (Kraków, il-Polonja) (rappreżentant: W. Knopkiewicz, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herrmann, K. Blanc u D. Recchia, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent)
Suġġett
Talbiet ibbażati fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiżi għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 8236 finali, tas-26 ta’ Novembru 2015, li permezz tagħha hija ma qajmitx oġġezzjonijiet fir-rigward tal-miżura nnotifikata mill-awtoritajiet Pollakki dwar l-għajnuna mogħtija lil Poczta Polska fil-forma ta’ kumpens għall-ispejjeż netti li jirriżultaw mit-twettiq, minn din il-kumpannija, tal-obbligi tagħha ta’ servizz postali universali għall-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2015
Dispożittiv
1) |
Ir-rikorsi huma miċħuda. |
2) |
Inpost Paczkomaty sp. z o.o. u Inpost S.A. għandhom ibatu kull waħda minnhom l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
3) |
Ir-Repubblika tal-Polonja għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. |