|
26.11.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 427/41 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ottubru 2018 – Il-Greċja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-272/16) (1)
(“FAEG u FAEŻR - Spejjeż esklużi mill-finanzjament - Spejjeż imġarrba mir-Repubblika Ellenika - Korrezzjonijiet finanzjarji b’rata fissa - Korrezzjonijiet finanzjarji ta’ darba - Skema ta’ għajnuna skont is-superfiċji - Kunċett ta’ mergħat permanenti - Kundizzjonijiet għall-impożizzjoni ta’ korrezzjoni b’rata fissa ta’ 25 % - Korrezzjoni b’rata fissa ta’ 10 % - Korrezzjoni b’rata fissa ta’ 5 % - Artikolu 31(4) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 - Kontrolli ewlenin - Kontrolli sekondarji - Miżuri pluriennali - Proġetti fit-tul”)
(2018/C 427/50)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: G. Kanellopoulos, O. Tsirkinidou, A. Vasilopoulou, D. Ntourntoureka u E. Leftheriotou, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment D. Triantafyllou u J. Aquilina, sussegwentement D. Triantafyllou, J. Aquilina u K. Skelly, u fl-aħħar D. Triantafyllou u J. Aquilina, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/417 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2016, L 75, p. 16, rettifika fil-ĠU 2016, L 95, p. 20).
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż. |