22.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Novembru 2017 – Polskie Zdroje vs EUIPO (perlage)

(Kawża T-239/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea perlage - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Assenza ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”))

(2018/C 022/46)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Polskie Zdroje sp. z o.o. sp.k. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: T. Gawrylczyk, radca prawny)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Marzu 2016 (Każ R 1129/2015-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali perlage bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Polskie Zdroje sp. z o.o. sp.k. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 243, 4.7.2016.