7.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 256/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ġunju 2017 – GP Joule PV vs EUIPO – Green Power Technologies (GPTech)

(Kawża T-235/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva GPTech - Trade marks tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti GP JOULE - Nuqqas ta’ produzzjoni, quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, tal-provi tal-awtorizzazzjoni sabiex titressaq oppożizzjoni - Produzzjoni ta’ provi għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell - Assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni - Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell - Ċirkustanzi li jipprekludu t-teħid inkunsiderazzjoni ta’ provi ġodda jew supplimentari - Artikolu 76(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Regola 17(4), Regola 19(2), Regola 20(1) u Regola 50(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95”])

(2017/C 256/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: GP Joule PV GmbH & Co. KG (Reußenköge, il-Ġermanja) (rappreżentant: F. Döring, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: E. Zaera Cuadrado, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Green Power Technologies, SL (Bollullos de la Mitación, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tad-9 ta’ Frar 2016 (Każ R 848/2015-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn GP Joule PV u Green Power Technologies.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

GP Joule PV GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 279, 1.8.2016.