201807200902013332018/C 276/662282016TC27620180806MT01MTINFO_JUDICIAL20180621394022

Kawża T-228/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ġunju 2018 – Haverkamp IP vs EUIPO – Sissel (xtajta taċ-ċagħaq bħala disinn tal-wiċċ) (“Disinn Komunitarju — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea — Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta xtajta taċ-ċagħaq bħala disinn tal-wiċċ — Disinn preċedenti — Raġuni għal invalidità — Assenza ta’ novità — Artikolu 5 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”)


C2762018MT3920120180621MT0066392402

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ġunju 2018 – Haverkamp IP vs EUIPO – Sissel (xtajta taċ-ċagħaq bħala disinn tal-wiċċ)

(Kawża T-228/16) ( 1 )

“(“Disinn Komunitarju — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea — Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta xtajta taċ-ċagħaq bħala disinn tal-wiċċ — Disinn preċedenti — Raġuni għal invalidità — Assenza ta’ novità — Artikolu 5 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”)”

2018/C 276/66Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Haverkamp IP GmbH (Kindberg, l-Awstrija), ammessa sabiex tissostitwixxi lil Reinhard Haverkamp (rappreżentant: A. Waldenberger, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Hanne u D. Walicka, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Sissel GmbH (Bad Dürkheim, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Frar 2016 (Każ R 2619/2014-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Sissel u R. Haverkamp.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Haverkamp IP GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


( 1 ) ĠU C 243, 4.7.2016.