8.5.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 144/40 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Marzu 2017 – Vignerons de la Méditerranée vs EUIPO – Bodegas Grupo Yllera (LE VAL FRANCE)
(Kawża T-216/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea LE VAL FRANCE - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea VIÑA DEL VAL - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2017/C 144/53)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Vignerons de la Méditerranée (Narbonne, Franza) (rappreżentanti: M. Karsenty-Ricard u M. Merli, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Bodegas Grupo Yllera SL (Rueda, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-2 ta’ Marzu 2016 (Każ R 427/2015-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Bodegas Grup Yllera u Vignerons de la Méditerranée.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Vignerons de la Méditerranée hija kkundannata għall-ispejjeż. |