18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/22 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Frar 2019 – Mema vs CPVO (Braeburn 78 (11078))
(Kawża T-177/16) (1)
((“Varjetajiet ta’ pjanti - Applikazzjoni għal drittijiet Komunitarji ta’ varjetajiet ta’ pjanti għall-varjetà ta’ pjanti Braeburn 78 (11078) - Ħatra ta’ uffiċċju ta’ eżami ieħor - Portata tal-eżami li għandu jitwettaq mill-Bord tal-Appell - Obbligu ta’ motivazzjoni”))
(2019/C 103/27)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Mema GmbH LG (Terlan, l-Italja) (rappreżentanti: B. Breitinger u S. Kirschstein-Freund, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (rappreżentanti: M. Ekvad, F. Mattina, O. Lamberti u U. Braun-Mlodecka, aġenti, assistiti minn A. von Mühlendahl u H. Hartwig, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell taċ-CPVO tal-15 ta’ Diċembru 2015 (Każ A 001/2015), dwar applikazzjoni għal għoti ta’ drittijiet Komunitarji ta’ varjetajiet ta’ pjanti għall-varjetà ta’ pjanti Braeburn 78.
Dispożittiv
1) |
Id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO) tal-15 ta’ Diċembru 2015 (Każ A 001/2015), li tikkonċerna applikazzjoni għal għoti ta’ drittijiet Komunitarji ta’ varjetajiet ta’ pjanti għall-varjetà ta’ pjanti Braeburn 78, hija annullata. |
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud |
3) |
Iċ-CPVO huwa kkundannat għall-ispejjeż. |