7.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 256/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ġunju 2017 – NC vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-151/16) (1)

((“Sussidji - Investigazzjoni tal-OLAF - Konstatazzjoni ta’ irregolaritajiet - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tipprovdi sanzjoni amministrattiva - Esklużjoni minn proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi u mill-għoti ta’ sussidji ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni għal perijodu ta’ 18-il xahar - Inklużjoni fid-database tas-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni - Applikazzjoni ratione temporis tad-diversi verżjonijiet tar-Regolament Finanzjarju - Forom proċedurali sostanzjali - Applikazzjoni retroattiva tal-liġi kriminali inqas severa”))

(2017/C 256/25)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: NC (rappreżentant: inizjalment J. Killick, G. Forwood, barristers, C. Van Haute u A. Bernard, avukati, sussegwentement J. Killick, G. Forwood, C. Van Haute u J. Jeram, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Dintilhac u M. Clausen, sussegwentement F. Dintilhac u R. Lyal, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-28 ta’ Jannar 2016, li tipprovdi sanzjoni amministrattiva ta’ esklużjoni tar-rikorrenti mill-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti u mis-sussidji ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għal perijodu ta’ 18-il xahar u li konsegwentement tinkludih fid-database tas-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni prevista fl-Artikolu 108(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Ottubru 2012, dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU 2012, L 298, p. 1).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-28 ta’ Jannar 2016, li tipprovdi sanzjoni amministrattiva ta’ esklużjoni ta’ NC mill-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti u mis-sussidji ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għal perijodu ta’ 18-il xahar u li konsegwentement tinkludiha fid-database tas-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni prevista fl-Artikolu 108(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Ottubru 2012, dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 279, 1.8.2016.